Facebook Container by Mozilla Firefox
Ipprevjeni lil Facebook milli jintraċċak madwar il-web. L-estensjoni ta' Facebook Container għal Firefox tgħinek tikseb kontroll u tiżola l-attività tiegħek fuq il-web minn Facebook.
You'll need Firefox to use this extension
Extension Metadata
Screenshots
About this extension
X'tagħmel?
Facebook Container taħdem billi tiżola l-identità tiegħek ta' Facebook f'kontenitur separat li tagħmilha aktar diffiċli għal Facebook biex jintraċċa ż-żjarat tiegħek fuq siti web oħra permezz ta' cookies ta' partijiet terzi.
Kif taħdem?
Meta tinstalla din l-estensjoni għall-ewwel darba, ser tagħlaq it-tabs tiegħek ta’ Facebook, tħassar il-cookies tiegħek ta’ Facebook, u toħorġok ’il barra mill-kont ta’ Facebook.
Id-darba li jmiss li tidħol fuq Facebook, is-sit ser jitla’ f’tab ġdida. It-tab ikollha kulur blu biex tindika li int tinsab fil-kontenitur.
Tista’ tagħmel login fil-kont tiegħek ta’ Facebook u tuża Facebook bħas-soltu meta tkun fil-Facebook Container. Jekk tikklikkja fuq link li mhix ta’ Facebook jew tmur fuq sit web li mhux ta’ Facebook fil-bar tal-URL, dawn il-paġni ser jillowdjaw barra mill-kontenitur.
Jekk tikklikkja fuq il-buttuni ta’ Facebook Share fuq tabs ta’ brawżer ieħor dawn ser jillowdjaw fil-Facebook Container. Għandek tkun taf li jekk tuża dawn il-buttuni tkun qed tgħaddi informazzjoni lil Facebook dwar is-sit web li tkun ixxerjajt minnu.
Liema funzjonijiet mhux ser jaħdmu fuq siti web oħra?
Peress li ser tkun illoggjat fuq Facebook ġewwa l-kontenitur biss, kummenti u buttuni tal-Like ta’ Facebook integrati li jinsabu f’tabs barra mill-kontenitur mhux ser jaħdmu. Dan jipprevjeni lil Facebook milli jassoċja informazzjoni dwar l-attività tiegħek fuq siti web barra minn Facebook mal-identità ta’ Facebook tiegħek.
Barra minn hekk, siti web li jippermettulek toħloq kont jew tilloggja permezz tal-kredenzjali ta’ Facebook tiegħek, ġeneralment mhux ser ikunu qed jaħdmu sew u kif suppost. Minħabba li din l-estensjoni hija ddisinjata biex tissepara l-użu ta’ Facebook minn użu ta’ siti web oħra, din l-imġiba hija mistennija.
X'inhuma l-affarijiet li Facebook Container MA TOFFRIX protezzjoni kontrihom?
Huwa importanti li wieħed ikun jaf li din l-estensjoni ma tipprevjenix lil Facebook milli juża b’mod ħażin id-dejta li diġà għandu dwarek jew dejta dwarek li partijiet oħra setgħu jiksbu grazzi għal Facebook. Facebook xorta ser ikollu aċċess għal kull ma tagħmel waqt li tkun fuq facebook.com, inkluż il-kummenti tiegħek fuq Facebook, ritratti li tkun tellgħajt, likes, kwalunkwe dejta li tixxerja permezz ta’ apps ikkonnettjati ma’ Facebook, eċċ.
Minflok tieqaf tuża servizz li ssibu siewi, aħna naħsbu li għandu jkollok l-għodda sabiex tirrestrinġi x’dejta jista’ jiksbu partijiet oħra. Din l-estensjoni tiffoka fuq li tillimita l-intraċċar ta’ Facebook, iżda netwerks oħra ta’ reklamar jistgħu jippruvaw jikkorrelaw l-attivitajiet tiegħek ta’ Facebook mal-ibbrawżjar regolari tiegħek. Barra minn din l-estensjoni, tista’ tbiddel is-settings ta’ Facebook tiegħek, tuża Bbrawżjar Privat, timblokka t-trackers u timblokka cookies ta’ partijiet terzi, u tuża l-estensjoni Firefox Multi-Account Containers sabiex tkompli tirrestrinġi aktar l-intraċċar.
X'dejta tirċievi Mozilla minn din l-estensjoni?
Mozilla ma tiġborx dejta mill-użu tiegħek tal-estensjoni Facebook Container. Aħna nirċievu n-numru ta’ drabi li l-estensjoni tkun ġiet installata jew imneħħija. Learn more
Containers Oħra
Facebook Container isaħħaħ il-funzjoni Containers li diġà qiegħda integrata f’Firefox. Meta tattiva Facebook Container, tista’ wkoll tara Containers bl-isem ta’ Personali, Xogħol, Xiri, u Bankjar waqt li tibbrawżja. Jekk tixtieq tuża aktar minn Container waħda, ser ikollok l-aqwa esperjenza tal-utent jekk tinstalla l-estensjoni Firefox Multi-Account Containers. Aktar tagħrif fuq is-sit tal-appoġġ tagħna.
Problemi magħrufa
Meta Facebook ikun miftuħ, u tmur fuq sit web ieħor permezz tal-istess tab (billi tikteb indirizz, tagħmel tfittxija, jew tikklikkja fuq bookmark), is-sit web ġdid ser jillowdja barra mill-Container u mhux ser tkun tista’ tmur lura fuq Facebook permezz tal-buttuna lura fil-brawżer.
NOTA: Jekk inti utent tal-Multi-Account Containers u diġà assenjajt Facebook għal Container, din l-estensjoni mhux ser taħdem. Bħala tentattiv biex il-konfigurazzjoni u l-logins tal-Container eżistenti tiegħek jiġi miżmuma, din l-add-on mhux ser tinkludi l-protezzjoni addizzjonali biex iżżomm siti oħra barra mill-Facebook Container tiegħek. Jekk tixtieq ikollok din il-protezzjoni addizzjonali, l-ewwel neħħi facebook.com mill-estensjoni Multi-Account Container, u mbagħad installa din l-estensjoni.
Liema verżjoni ta' Firefox għandi bżonn?
Din l-estensjoni taħdem ma’ Firefox 57 u verżjonijiet aktar riċenti ta’ Firefox fuq id-Desktop. Jekk jogħġbok ħu nota li ma taħdimx fuq brawżers oħra u ma taħdimx fuq Firefox għall-mowbajl.
Jekk taħseb li qed tuża Firefox 57+, iżda l-paġna tal-installazzjoni qed tgħidlek li mhux qiegħed fuq brawżer issapportjat, tista’ tipprova tinstalla billi tagħżel jew tagħmel copy u paste ta’ din il-link: https://addons.mozilla.org/firefox/downloads/latest/facebook-container/platform:2/addon-954390-latest.xpi. (Dan jista’ jkun qed jiġri minħabba li tkun issettjajt preferenza jew installajt estensjoni li tikkawża lill-brawżer tiegħek biex jaħbi l-aġent tal-utent għall-raġunijiet ta’ privatezza u raġunijiet oħra.
Din kif titqabbel mal-estensjoni Firefox Multi-Account Containers?
Facebook Container tiżola b’mod speċifiku lil Facebook u taħdem awtomatikament. Firefox Multi-Account Containers hija estensjoni aktar ġenerali li tippermettilek toħloq kontenituri u tiddetermina liema siti għandhom jinfetħu f’kull kontenitur.
Tista’ tuża Multi-Account Containers biex toħloq kontenitur għal Facebook u tassenjalu facebook.com. Multi-Account Containers ser tiżgura li tiftaħ facebook.com fil-Facebook Container biss. Madankollu, għad-differenza ta’ Facebook Container, Multi-Account Containers ma tipprevenikx milli tiftaħ siti li mhux ta’ Facebook fil-Facebook Container tiegħek. Għalhekk, utenti ta’ Multi-Account Containers jeħtieġ li joqgħodu ftit aktar attenti u jiżguraw li jkunu ħarġu minn Facebook Container meta jmorru fuq siti oħra. Barra minn hekk, Facebook Container tassenja xi siti li huma proprjetà ta’ Facebook bħal Instagram u Messenger lill-Facebook Container. Bil-Multi-Account Containers, inti ser ikollok tassenja dawn flimkien ma’ facebook.com.
Barra minn hekk, Facebook Container tħassar il-cookies ta’ Facebook mill-kontenituri l-oħra tiegħek meta tinstallaha u meta terġa’ tiftaħ il-brawżer mill-ġdid, biex tneħħi kwalunkwe trackers ta’ Facebook li jista’ jkun hemm. Multi-Account Containers ma tagħmilx dan għalik.
Irrapporta l-Problemi
Jekk tiltaqa’ ma’ xi problemi meta tuża din l-estensjoni, jekk jogħġbok għidilna permezz ta’ irrapporta problema. Grazzi!

Rate your experience
PermissionsLearn more
This add-on needs to:
- Clear recent browsing history, cookies, and related data
- Monitor extension usage and manage themes
- Access browser tabs
- Access your data for all websites
More information
- Add-on Links
- Version
- 2.3.11
- Size
- 396.08 KB
- Last updated
- 9 xhur ilu (19 Lul 2023)
- Related Categories
- License
- Mozilla Public License 2.0
- Version History
- Tags
Add to collection
Release notes for 2.3.11
This release adds threads.net as a Meta-owned domain
More extensions by Mozilla Firefox
- There are no ratings yet
- There are no ratings yet
- There are no ratings yet
- There are no ratings yet
- There are no ratings yet
- There are no ratings yet